Reġistru għall-kuntratturi propost mill-MDA

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi (MDA) appellat lill-Gvern sabiex jiġi kkreat reġistru tal-kuntratturi. Il-President tal-MDA, Sandro Chetcuti qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inizjattiva hija intenzjonata sabiex tiddirezzjona l-operaturi kollha sabiex jimxu mar-regolarizzazjonijiet fl-immaniġġjar tal-bini u l-kostruzzjoni.

Chetcuti sostna li hemm bżonn li jiġu rispettati wkoll il-ħinijiet li wieħed jaħdem. Hu ssuġġerixxa sistema ta’ punti li tirregolarizza lill-iżviluppaturi.

L-appell direzzjonat lill-Gvern u li hu twil faċċata, jgħid li sistema simili għal dik internazzjonali se tassigura li kull min jieħu kuntratt ta’ ċertu importanza għandu jkollu l-kapaċità li jagħmel ix-xogħol kollhu u jwasslu sal-mira finali. Jekk xi ħadd jinstab li kiser xi liġijiet jistgħu jitilfu posthom fir-reġistru.

Il-President tal-MDA insista li fl-aħħar mill-aħħar l-MDA trid tissalvagwardja l-pubbliku.