Reġistrat terremot żgħir qrib Malta

Google Maps

Terremot żgħir ġie reġistrat qrib Malta.

Skont is-Seismic Monitoring & Research Group fi ħdan l-Università ta’ Malta, it-terremot ġie reġistrat għall-9:44 am. It-terremot ġie reġistrat fil-baħar madwar 160 kilometru ‘l bogħod minn Malta. Is-saħħa ta-terremit kienet dik ta’ 4.7. Dan ifisser li għalkemm jista’ jinħass, jekk ikun hemm ħsara din tkun minima.

Seismic Monitoring & Research Group – Google Maps

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li ma ġew reġistrati l-ebda rapporti dwar ħsarat kawża tat-terremot.