Reġina tasal Malta

Etienne Carter, ir-raġel li sab lill-kelba Reġina fi Sqallija qed ifittex persuna biex taddottaha.
Fuq il-midja soċjali Carter tella’ messaġġ jappella biex tinstab persuna li lesta taddotta lill-kelba li sab waqt btala fi Sqallija fejn kienet tinsab fi stat gravi tiġġieled u tissielet biex tgħix minn ġurnata għal oħra.
Jekk taf lil xi ħadd li lest jaddotta lil din il-kelba fidila u li taf tħobb tista’ tagħmel kuntatt ma’ Etienne fuq Facebook.
Ritratti: Etienne Carter