Reġgħu saru ġenituri

Awguri lill-koppja Richard (Edwards) u Raisa Micallef hekk kif ftit tal-ħin ilu saru ġenituri ta’ Ella, it-tieni wild tagħhom. Huma diġà għandhom tifel, Benjamin, li kien twieled fi Frar tal-2018. Il-koppja kienet għamlet uffiċċjali l-aħbar li se jsiru ġenituri fil-Milied meta Raisa kienet qalet li l-isbaħ rigal kien se jiġi xahar wara l-Milied. U fil-fatt xahar u jumejn wara l-Milied huma reġgħu saru ġenituri.

Richard, li kien parti minn Firelight li rrappreżentaw lil pajjiżna fil-Eurovision tal-2014 bil-kanzunetta Coming Home, irringrazzja lit-tobba u n-nurses u l-istaff kollu tal-isptar, iżda fuq kollox irringrazzja lill-mara tiegħu talli reġgħet għamlitu missier.

Ritratt: Facebook/RichardMicallef

Awguri lill-koppja Micallef għat-twelid taċ-ċkejkna Ella.