Reġgħu bdew ftit titjiriet minn Brussell; l-Air Malta tibqa’ topera f’Dusseldorf

Minkejja li saru l-ewwel titjiriet mill-ajruport ta’ Brussell, tnax-il ġurnata wara l-attakki li saru, l-Air Malta se tibqa’ topera minn u lejn l-ajruport ta’ Dusseldorf sa għada.
Dan għax xorta waħda l-ajruport ta’ Brussell qed jaħdem b’mod ridott ħafna.
Għalhekk fi stqarrija, il-Linja Nazzjonali tal-Ajru qed tavża li dawk kollha li kellhom titjira bbukjata lejn jew minn Brussell sat-Tlieta 5 ta’ April, se jkollhom awtomatikament post riservat f’titjiriet oħra li se jsiru lejn Dusseldorf.
L-Air Malta tfakkar li qed torganizza trasport bejn Brussell u l-ajruport ta’ Dusseldorf li jieqaf u jitlaq minn ħdejn l-Ambaxxata Maltija fi Brussell.
Dawk li kellhom jaqdbu t-tijira KM421 lura lejn Malta, għandhom ikunu ħdejn l-Ambaxxata Maltija sa mhux aktar tard mis-2:15pm biex jaqbdu t-trasport lejn Dusseldorf.
It-titjira KM420 minn Malta għal Dusseldorf se titlaq fil-5:10pm u tasal fid-destinazzjoni tagħha fit-8:00pm.