Reġgħet waslet il-mixja ta’ billejl!

Il-mixja li sseħħ matul il-lejl bejn Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira, mill-Mellieħa sal-Isla, se tkun qed terġa’ ssir għall-15-il darba, u għal darb’oħra, il-flus li se jinġabru se jmorru għal Puttinu Cares.
L-avveniment li se jsir fit-30 ta’ Marzu se jibda fin-12:30am mill-pjazza ta’ quddiem il-knisja.
Is-servizz tat-trasport mill-Isla għall-Mellieħa, li se jsir apposta għal dawk kollha li jixtiequ jieħdu sehem se jibda il-Ħamis, 29 ta’ Marzu, fl-10pm.
Minkejja li mhemmx bżonn li wieħed jirreġistra għal dan l-avveniment, kulħadd huwa mitlub jagħti donazzjoni minima ta’ €10 għal Puttinu.
Jekk interessat li tieħu sehem u għandek bżonn tagħmel użu mis-sistema tat-trasport, tista’ tikkuntattja lill-organizzaturi fuq 99991800 sabiex tavżhom bil-preżenza tiegħek.