Reġgħet waslet il-maratona ta’ futbol u volleyball ta’ Puttinu Cares!

Ipparteċipa fIl-maratona ta’ 60 siegħa futbol u volleyball, u tkun qed tgħin lil Puttinu Cares.
L-attività, li issa saret waħda annwali, tibda l-Ġimgħa 18 ta’ Mejju fl-10am, u tispiċċa il-Ħadd 20 ta’ Mejju fl-10pm.
Qabel tibda l-ewwel logħba se jitkellem Nigel, it-tifel li Novembru ‘l għadda kien pazjent Londra sabiex jagħmel operazzjoni ta’ trapjant tal-qalb.
Biex tibbukkja idħol hawn, jew ċempel fuq 79647948 jew 79707318.