Regatta: Jittellgħu l-poloz, lura t-tellieqa tal-frejgatini tan-nisa

DOI - Omar Camilleri

Ittellgħu l-poloz tar-regatta ta’ Jum il-Vitorja u tħabbar li se terġa’ ssir it-tellieqa tal-frejgatini tan-nisa wara nuqqas ta’ 40 sena.

Il-poloz ittellgħu waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Ġnien tal-Gardjola l-Isla. Fir-regatta din is-sena se jieħdu sehem seba’ distretti: il-Birgu, Birżebbuġa,  Bormla, l-Isla, il-Kalkara, il-Marsa u Marsamxett. Dawn se jipparteċipaw f’10 tlielaq f’żewġ kategoriji differenti: A u B. Din is-sena mistennija jieħdu sehem madwar 120 qaddief li magħhom se jiżdiedu 25 sostitut li għandhom għan komuni, li huwa dak li jirbħu x-shield tar-regatta ta’ Jum il-Vitorja.

Fl-istqarrija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Isport intqal li SportMalta tassisti lill-klabbs kollha b’assistenza finanzjarja biex jibnu dgħajsa f’kull klabb u li r-riżultati tar-regatta jiġu trażmessi live fuq il-websajt ta’ SportMalta. F’din l-edizzjoni, wara nuqqas ta’ madwar 40 sena, se terġa ssir ir-tellieqa tal-frejgatini tan-nisa.

Intant ir-regatta ta’ Jum il-Vitorja pjanata li tibda fis-1pm u l-korsiji se jkunu mqassma hekk:

BIRGUBIRZEBBUĠABORMLAISLAKALKARAMARSAMARSAMXETT
FREJGATINI – NISA7214365
KAT B

TAL-PASS

ŻEWĠ IMQADEF

2314756
KAT A

MIDALJI

1652374
KAT B

KAJJIKK

1742365
KAT A

FREJGATINI

3245671
KAT B

MIDALJI

7326415
KAT A

TAL-PASS

ŻEWĠ IMQADEF

5146237
KAT B

FREJGATINI

3541672
KAT A

KAJJIKKI

2614753
KAT B

TAL-PASS

4 IMQADEF

4325761
KAT A

TAL-PASS

4 IMQADEF

2653714