Reġa’ wasal il-Festival tant mistenni fil-Belt Valletta

Ġiet imnedija s-seba’ edizzjoni tal-Festival tal-Arti għat-tfal u ż-żgħażagħ Żigużajg.
Din is-sena ŻiguŻajg se jsir bejn is-17 u 26 ta’ Novembru u se jippreżenta 25 produzzjoni minn artisti Maltin kif ukoll dawk ta’ fama internazzjonali. 
Il-programm ta’ din is-sena se jinkludi elementi minn dixxiplini varji bħal ċirku, żfin, teatru, puppetry, film u l-arti viżiva.
L-għan ewlieni ta’ ŻiguŻajg hu li permezz ta’ produzzjonijiet mill-aqwa jkabbar l-interess tal-pubbliku fis-settur kreattiv.
Il-Festival ta’ ŻiguŻajg se jittella’ f’diversi mkejjen fil-Belt Valletta bit-toroq jieħdu ħajja mhux tas-soltu u jilqgħu fihom eluf ta’ persuni li mistennija jattendu. 
Tista’ tara l-programm tal-Festival u tixtri l-biljetti minn hawnhekk
Ritratt: ŻiguŻajg