Refuġjati jilqgħu s-sena l-ġdida biż-żfin mal-Għawdxin u l-Maltin

Żmien il-Milied, u ċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mal-ewwel tas-sena, jġibu l-għaqda fost ħafna.
Dan deher ilbieraħ meta għadd ta' refuġjati ngħaqdu mal-Għawdxin u l-Maltin preżenti għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-aħħar tas-sena fi Pjazza San Ġorġ fir-Rabat Għawdex.
Persuni li bagħtulna r-ritratti qalu ma' Newsbook.com.mt li kienet xi ħaġa sabiħa li r-refuġjati ħassuhom parti mill-komunità Għawdxija u ngħaqdu fiċ-ċelebrazzjoni permezz taż-żfin.
Minbarra Pjazza San Ġorġ u l-ispettaklu minn DJ Alfie Fabri kien hemm ukoll spettaklu mill-Winter Moods fi Pjazza Santu Wistin.
Jekk għandek xi ritratti ta' kif iċċelebrajt il-bidu tas-sena l-ġdida ibgħatilna fuq news@newsbook.com.mt