Refuġjat bi premju prestiġjuż fil-matematika

Caucher Birkar, rebaħ wieħed mill-akbar premijiet fil-matematika waqt ċerimonja fil-Brażil. Birkar huwa refuġjat u jgħix l-Ingilterra wara li kien applika għall-ażil politiku waqt li kien qed jistudja ġewwa Università fl-Iran.

Huwa twieled ġewwa l-Provinċja tal-Kurdistan, fil-viċinanzi tal-fruntiera bejn l-Iran u l-Iraq. Birkar għex waqt gwerra li kienet ilha għaddejja tmien snin bejn dawn iż-żewġ pajjiżi.

Fil-klabb tal-matematika li kien jattendi meta kien għadu żgħir, kien hemm ritratti ta’ persuni li rebħu l-medalja fil-qasam tal-matematika. Huwa kellu xewqa li xi darba jiltaqa’ ma xi ħadd minn dawn il-persuni, iżda qatt ma kien ħolom li kien se jsiefer lejn il-Punent u jasal jirbaħ l-istess medalja.

Dawn il-premijiet jingħataw kull erba’ snin lill-matematiċi promettenti u li għandhom inqas minn 40 sena.

Kull rebbieħ jirċievi 15,000 dollaru Kanadiż.