Referendum fil-Maċedonja biex jinbidel l-isem tal-pajjiż

A woman casts her ballot for the referendum in Macedonia on changing the country's name that would open the way for it to join NATO and the European Union in Skopje, Macedonia September 30, 2018. REUTERS/Marko Djurica

Fil-Maċedonja qed isir referendum biex il-pajjiż ibiddel l-isem tiegħu għal ir-Repubblika tat-Tramuntana tal-Maċedonja, deċiżjoni li għandha ttemm kunflitt ta’ għexieren ta’ snin bejn dan il-pajjiż u l-Greċja, liema kunflitt ibblokka d-dħul tal-pajjiż fl-Unjoni Ewropea.

Fil-Greċja hemm proviċja li tissejjaħ Maċedonja u dejjem sostniet li l-isem tal-pajjiż ġirien kien tentattiv biex dan il-pajjiż jieħu taħt idejh lil din il-provinċja u li kien għalhekk li l-Greċja dejjem ibblukat permezz ta’ veto d-dħul tal-Macedonja fin-NATO u l-Unjoni Ewropea.

Ateni u Skopje leħqu qbil f’Ġunju li għadda bbażat fuq il-bdil tal-isem izda l-oppożizzjoni tal-Macedonja qed issostni lil dan it-tibdil se jċekken l-identita’ etnika tal-maġġjoranza tal-popolazzjoni slava tal-pajjiż.

Il-President Gjorge Ivanov mhux se jivvotta bil-kampanja favur il-boycott qed issostni li t-turnout mhux ser ilħaq il-50 fil-mija rikrest biex ir-referendum ikun validu.

Sostenituri tal-bdil fl-isem fsthom il-Prim Ministru Zoran Zaev qed jisostnu li l-prezz li l-pajjiż irid iħallas huwa ġprezz ġust biex il-pajjiż jissieħeb lin-NATO u l-Unjoni Ewropea.