Referendum fil-Katalunja: Il-Pulizija u l-Katalani jiġu fl-idejn

Membri tal-pulizija ta' kontra l-irvellijiet infirxu fit-toroq ta’ Katalunja dalgħodu, hekk kif bdiet il-votazzjoni tar-referendum kontroversjali għall-indipendenza tal-pajjiż.
Il-pulizija kienet qed tipprova twaqqaf lill-Katalani milli jivvutaw, billi tostakola l-entraturi għall-postijiet tal-votazzjoni u anke billi tikkonfiska l-kaxxi tal-voti u l-voti nfushom.
Fil-belt ta’ Ġirona, il-membri tal-pulizija sgassaw il-bibien u t-twieqi tal-bini fejn kellu jivvota l-mexxej tar-reġjun, Carles Puigdemont, filwaqt li f’Barċellona bdew sparaw balal tal-lastiku fuq nies li kienu qed jipprotestaw għax itteħdilhom il-vot.
Dan ġara hekk kif il-Gvern Spanjol wiegħed li mhuwiex se jħalli r-referendum iseħħ, ladarba l-Qorti Kostituzzjonali Spanjola ddikjaratu illegali.
Madankollu, uffiċjali tal-Gvern Katalan qed ibassru li se jkun hemm parteċipazzjoni għolja f’dan ir-referendum.