Red Electrick onorati mill-Prinċep ta’ Wales

Il-Prinċep Charles bagħat ittra ta’ ringrazzjament lill-grupp mużikali tar-rock Malti Red Electrick.
Huwa kitbilhom biex jirringrazzjahom talli tawh kopja tal-album riċenti tagħhom waqt iż-żjara tiegħu f’Malta x-xahar li għadda meta ġie biex jattendi ċelebrazzjoni tal-għoti tal-George Cross u jindirizza l-konferenza Our Ocean.
F’ittra minn Clarence House, id-deputat segretarju privat tal-Prinċep irringrazzja lil Red Electrick tas-CD tagħhom filwaqt li żied jgħid li l-Prinċep apprezza l-ħsieb wara l-ġist tagħhom.
Il-grupp mużikali, magħmul minn Matthew James Borg, Peter Borg, Ivan Borg, Jonas Delicata u Robert Spiteri, qal li jinsab onorat bil-korrispondenza tal-Prinċep.