Red Bull King of the Rock mill-ġdid f’Malta

L-aktar one-on-one street basketball tournment pretiġjuż tad-dinja, ġej Malta għat-tieni darba. Il-kwalifikazjonijiet uffiċjali tar-Red Bull King of the Rock f’Malta se jsiru bejn l-Erbgħa 15 u s-Sibt 18 ta’ Lulju fil-Bognor Beach Aquatic Sports Club f’Buġibba.
L-aħħar tmien plejers se jilagħbu kontra xulxin f’format ta’ knock-out fil-finali lokali li se ssir is-Sibt 18 ta’ Lulju.
Is-sena l-oħra, l-Ispanjol Carles Teixido, rebaħ l-ewwel edizzjoni tar-Red Bull King of the Rock f’Malta, wara finali mill-isbaħ kontra l-plejer Malti tat-tim nazzjonali tal-Basketball, David Bugeja.
Din is-sena, ir-rebbieħ se jtir lejn Istanbul fit-Turkija, fejn se jirrappreżenta lil Malta u se jilgħab kontra plejers oħra minn madwar id-dinja fid-29 ta’ Awwissu. L-edizzjoni ta’ din is-sena se ssir f’aktar minn 20 pajjiż minn kontinenti differenti.
Ir-reġistrazzjonijiet jagħlqu l-Erbgħa 8 ta’ Lulju u huma limitati għal massimu ta’ 64 plejer. Mhux se jkun hemm miżata ta’ reġistrazzjoni u l-parteċipanti se jirċievu kit uffiċjali tar-Red Bull King of the Rock u 15% vawċer min-Nike Store meta jixtru żarbun tal-Basketball tan-Nike.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt