Red Arrows: Il-pressjoni fuq it-tim setgħet wasslet għall-mewt ta’ bdot

Il-pressjoni fuq it-tim akrobatiku tal-ajru Red Arrows biex jagħti wirjiet kemm jista’, setgħet wasslet għall-mewt ta’ bdot.

F’Novembru tal-2011, bdot miet meta inxtegħel l-‘ejector seat’. Huwa ttajjar fl-ajru u l-paraxut ma nfetaħx. Il-bdot Sean Cunningham ta’ 35 sena kien miet fil-bażi ta’ Lincolnshire.

Dawn id-dettalji ingħataw waqt is-smiegħ tal-każ f’Lincolnshire.

Mistennija jinstemgħu 40 xhud biex jgħidu jekk il-pressjoni fuq it-tim affetwatx il-ħidma tagħhom.

Fil-fatt fis-sentejn li għaddew il-ħin ta’ kemm itiru l-bdoti tnaqqas b’10% – minn 3,000 siegħa għal 2,600 fis-sena. 

It-tim Red Arrows se jerġa’ jagħti spettakklu ieħor fuq il-gżejjer Maltin hekk kif se jkunu l-mistiedna ewlenin tal-Malta International Airshow.