Reċta Skoċċiża

Il-11-il episodju mis-sensiela Aenigma jixxandar illejla fil-11.30pm fuq l-istazzjon Melita More, Cable Channel 315.

Ir-Reċta Skoċċiza hija referenza għal Macbeth, li skond ħafna, dak l-isem ifisser saħta u kull darba li tittella’ din il-produzzjoni jkun hemm ħafna problemi. Ġlied li kemm-il darba spiċċat anke ma tittellgħax.

Robert, raġel ta’ mezza età, huwa attur professjonali li jmur għal din l-awdizzjoni biex jaħdem il-parti tar-Re (Macbeth).

Hekk kif ma jintagħżilx, jeħodha bi kbira ħafna. Minn hemm Robert jinbidel u jiddeċiedi li jrid jagħmel minn kollox sabiex ipattiha lil xi ħadd. Imma lil min? U għalfejn?

Dan l-episodju għandu kitba ta’ Charles Stroud.