Rebħet l-għawma fl-Alaska imma skwalifikata minħabba d-dehra ta’ ġisimha fil-malja

Tfajla ta’ 17-il sena spiċċat mgħajra dwar id-dehra tagħha waqt li kienet qed tikkompeti f’attività sportiva fl-iskola tagħha fl-Alaska. Hi ġiet skwalifikata mill-kompetizzjoni tal-għawm għax allegatament kienet liebsa malja li kienet qed tikxef wisq minn ġisimha.

Hi rebħet il-100m freestyle mma r-referee tellfitha r-rebħa wara li poġġiet id-dehra tat-tfajla qabel il-prestazzjoni li kisbet fl-għawm.

Fi stqarrija l-iskola fejn tmur it-tfajla qalet li hi ġiet attakkata dwar xi ħaġa li ma setgħet tagħmel xejn dwarha. Il-forma tal-malja inzertat dik li hi u fuq it-tfajlha qagħdet skont il-forma ta’ ġisimha. L-iskola qalet li ma tistax tittollera ebda diskriminazzjoni, ċertament lanqas dik ibbażata fuq id-dehra tal-ġisem.