Rebħet każ kontra Ryanair quddiem il-Qorti Ewropea

Passiġġiera tal-linja tal-ajru Ryanair rebħet każ quddiem il-Qorti Ewropea. Dan wara li t-titjijra li kellha twassalha Dublin ġiet sospiża għal sebat ijiem. Il-linja tal-ajru ma setgħatx topera minħabba d-duħħan li beda ħiereġ minn vulkan Iżlandiż.

Il-passiġġiera, Denise McDonagh, qalet li kellha tonfoq €1,130 minħabba spejjeż tal-lukanda, l-ikel u t-trasport.

Il-linja tal-ajru baqgħat qatt ma tat kumpens lill-passiġġiera, bl-argument li ċ-ċirkostanzi li wasslu għad-dewmien kienu eċċezzjonali.

Madnakollu l-Qorti Ewropea qalet li l-linji tal-ajru għandhom jipprovdu assistenza lill-passiġġiera f’kull ċirkostanza.