Rebħa żgħira għall-armata Libjana kontra l-ISIS

L-armata Libjana qed tiċċelebra t-tkeċċija ta’ militanti tal-Istat Iżlamiku mill-belt ta’ Derna.
Skont sorsi Libjani, il-forzi tat-terroristi ċedew l-armi fuq ordni tal-kap tagħhom, Abu Bakr Al-Baghdadi.
L-armata Libjana qed tagħlaq ukoll militanti u l-familji tagħhom f’naħa oħra tal-Libja, u tattakka anke bastimenti fil-baħar.
Fis-Sirja, aġenziji tal-għajnuna umanitarja għamlu l-ikbar evakwazzjoni s’issa ta’ persuni midruba.
Madwar 500 persuna nħarġu minn erbat ibliet – tnejn minnhom taħt idejn l-armata u t-tnejn l-oħra taħt ir-ribelli.
Rapporti qed jgħidu li attakki mill-armata din il-ġimgħa qatlu 40 ruħ oħra.