Rebħa storika għat-tim nazzjonali Malti tal-futbol

It-tim nazzjonali Malti tal-futbol kiseb rebħa storika meta Malta għelbet lill-Armenja barra minn darna bl-iskor ta’ 1-0, u b’hekk inkisbu l-ewwel punti fi Grupp B tal-fażi tal-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja. 

Il-gowl kien skurjat minn Michael Mifsud fit-8 minuta ta’ l-ewwel taqsima. Il-gowl ta’ Mifsud kien it-tieni wieħed li skurjat Malta fil-grupp  L-ieħor kien skurjat kontra r-Repubblika Ċeka.   Issa Malta tinsab fis-sitt post f’dan il-grupp b’punti daqs l-Armenja.  F’Settembru li għadda Malta kienet sofriet telfa kontra l-istess Armenja f’Ta’ Qali.

Malta rrepetiet ir-riżultat storiku ta’ l-1993, meta barra minn darna, fil-kompetizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, Malta kienet għelbet lill-Estonja 1-0.

Sadanittant, mill-istess grupp ta’ Malta intlagħbet il-logħba bejn ir-Repubblika ĊeKa u l-Italja, li spiċċat fi dro ta’ mingħajr gowls.  B’dan id-dro l-Italja jibqgħu fuq quddiem b’14-il punt, 4 aktar mill-Bulgarija, u 5 aktar mir-Repubblika Ċeka.    Fl-istess grupp hemm ukoll id-Danimarka li sa issa għandhom 6 punti, b’logħba anqas.

Ritratt: MFA