Rebħa storika għat-tim Malti tal-Waterpolo fil-Kampjonat Ewropew

It-tim nazzjonali Malti tal-Waterpolo temm l-impenji tiegħu fil-Kampjonat Ewropew f'Belgrad, b'rebħa fuq it-Turkija bl-iskor ta' 14-13.
B'hekk Malta evitat li tispiċċa fl-aħħar post f'dan il-Kampjonat.
Wara li fi tmiem is-sessjonijiet, l-iskor spiċċa fi drò ta' 10-10, Malta rebħet bil-penalties 4-3.
Fl-ewwel sessjoni l-iskor spiċċa 3-3, fit-tieni Malta rebħet 2-0, fit-tielet sessjoni skor ta' 4-5 għat-Torok u fl-aħħar sessjoni reġgħu rebħu t-Torok 1-2.
Għall-Maltin skurjaw 4 Stevie Camilleri, 2 Aurelien Cousin u gowl kull wieħed Mark Meli, Matthew Zammit, Jerome Gabarretta u John Brownrigg.
L-erba' penalties għal Malta ġew skurjati minn Mark Meli, Dino Zammit, Jordan Camilleri u Stevie Camilleri.
Intant fi stqarrijiet separati, sew il-Gvern u sew l-Oppożizzjoni ferħu lill-ASA, lill-kowċ Karl Izzo u lit-tim nazzjonali tal-Waterpolo għal din ir-rebħa storika f'din l-ewwel esperjenza daqstant prestiġġjuża għat-tim Malti