Rebħa storika għal Hibernians fuq PSV Eindhoven

F'partita ta' ħbiberija li ntlgħabet fil-Hibs Stadium f'Kordin, Hibernians għelbu liċ-champions Olandiżi PSV Eindhoven bl-iskor ta' 2-1.
Il-klabb Olandiż huwa l-ewwel wieħed minn sensiela ta' klabbs u timijiet nazzjonali barranin li mistennija jżuru Malta f'dawn it-tliet xhur li ġejjin fuq kamp ta' taħriġ.
Hibernians irnexxielhom idawwru r-riżultat wara li sabu ruħhom minn taħt kmieni fil-partita minn żball difensiv ta' Rui da Garcia Gomez.
Fit-tieni taqsima, l-ewwel kien is-sostitut Jean Paul Farrugia li ġab id-drò għall-Pawlisti u fid-90 minuta, Jorge Santos Silva skorja l-gowl tar-rebħa għaċ-champions Maltin.
Il-logħba serviet ta' taħriġ għaż-żewġ timijiet, bl-Olandiżi jkomplu l-preparazzjoni tagħhom għat-tieni fażi tal-UEFA Champions League meta fi Frar li ġej jiltaqgħu kontra Atletico Madrid.
Għal Hibernians din kienet okkażjoni fejn taw ċans lill-plejers kollha jilgħabu partitjiet mill-logħba u kellhom magħhom bi prova, gowler Olandiż li aktarx ikun qed jilgħab il-kumplament tal-istaġun mal-istess Hibs.