Rebħa oħra għat-tim nazzjonali tal-futbol tan-nisa kontra l-Iżrael

MFA Women's Football

It-tim nazzjonali Malti tal-futbol tan-nisa għeleb lill-Iżrael bi skor ta’ 2-0. Il-gowls ġew skurjati minn Brenda Borg u Haley Bugeja fl-aħħar partita mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għal EURO 2022. Malta spiċċat fir-raba’ post fi Grupp B f’total ta’ 10 punti. Din kienet it-tieni logħba li Malta ma qalgħet l-ebda gowl.

𝐔𝐄𝐅𝐀 𝐖𝐎𝐌𝐄𝐍'𝐒 𝐄𝐔𝐑𝐎 𝟐𝟎𝟐𝟐 𝐐𝐔𝐀𝐋𝐈𝐅𝐈𝐄𝐑𝐒!𝐹𝑢𝑙𝑙-𝑡𝑖𝑚𝑒 𝑠𝑐𝑜𝑟𝑒:𝐼𝑠𝑟𝑎𝑒𝑙 🇮🇱 𝑣𝑠 𝑀𝑎𝑙𝑡𝑎 🇲🇹 0-2➡️ Brenda Borg ⚽️, Haley Bugeja ⚽️✅ 𝟒𝐓𝐇…

Posted by MFA Women's Football on Tuesday, December 1, 2020

F’Settembru li għadda, Bugeja, li għandha 16 -il sena ħolqot sensazzjoni kbira fl-Italja fid-debut tagħha bħala plejer tal-futbol mat-tim Taljan tal-għola diviżjoni Sassuolo.

Ftit jiem wara dan id-debuut Haley kellha laqgħa mal-Prim Ministru Robert Abela fil-Berġa ta’ Kastilja.