Rebħa komda għall-PM Serb

Il-Prim Ministru Konservattiv tas-Serbja, Aleksander Vucic, rebaħ b’mod assolut l-elezzjonijiet presidenzjali li saru lbieraħ.
Vucic, li huwa wkoll il-Kap tal-Partit Progressiv, kellu warajh aktar minn 55% tal-votanti, u beħsiebu jkompli fejn ħalla.
Fl-ewwel kummenti tiegħu, huwa sostna li hu kuntent bir-riżultat, li juri li l-poplu Serb jixtieq ikompli bil-ftehim sabiex is-Serbja ssir membru tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li fl-istess ħin, iżżomm relazzjonijiet b’saħħithom mar-Russja u ċ-Ċina.
Min-naħa l-oħra, dar-riżultat jista’ jitqies bħala umiljazzjoni għar-rivali tiegħu, l-aktar għal Sasa Jankovic, li sippost kellu jkun l-akbar rivali ta’ Vucic, iżda ġab biss 16% tal-voti kollha.