Rebħa komda għal PSG kontra Real Madrid

Angel di Maria skurja darbtejn kontra l-eks tim tiegħu Real Madrid. Il-gowl ta’ Thomas Meunier li wasal fil-ħin barrani kompla żied mar-rebħa komda li Paris St-German irnexxielhom jagħmlu fuq il-ġganti Spsanjoli Real Madrid.

Wara dan ir-riżultat żdiedet il-pressjoni fuq il-coach ta’ Real Zinedine Zidane li l-proporzjon tal-ta’ rebħ qiegħed taħt il-50%. Di Maria kien qed jiċċelebra l-100 logħba fiċ-Champions League. Hu fetaħ l-iskor b’xutt minn viċin il-lasta wara li rċieva l-ballun mingħand Bernat.

Il-gowler Belġjan ta’ Real inqabad barra l-lasta fl-ewwel gowl, iżda għat-tieni wieħed ta’ Di Maria ma seta’ jagħmel xejn biex jevitah.

Riżultati oħra:

Grupp A

Club Brugge 0-0 Galatasaray

PSG 3-0 Ral Madrid

Grupp B

Olympiacos 2-2 Tottenham Hotspur

FC Bayern Munchen 3-0 FK Crvena Zvezda

Grupp C

Dinamo Zagreb 4-0 Atalanta

Shakhtar Donetsk 0-3 Manchester City

Grupp D

Atletico Madrid 2-2 Juventus

Bayer Leverkusen 1-2 Lokomotiv Moscow