Rebħa komda għal Arsenal fl-ewwel logħba tal-Europa League

Żewġ gowls mill-gradwati tal-akkademja Joe Willock u Bukayo Saka għenu lill-Arsenal biex jegħlbu l-isfida ta’ Eintracht Frankfurt. Din kienet l-ewwel logħba tagħhom mill-kampanja tal-Europa League.

Willock poġġa lill-Gunners fuq quddiem wara li x-xutt tiegħu ġie devjat għal ġol-lasta fl-ewwel taqsima tal-logħba. Saka rnexxielu jagħmel l-ewwel gowl tiegħu mat-tim tal-kbar fil-85 minuta. Żewġ minuti aktar tard, kien Pierre-Emerick Aubameyang li żied it-tielet wieħed biex b’hekk għalaq il-logħba bl-iskor ta’ 3-0.

Il-Gunners kellhom aktar opportunitajiet biex isibu l-lasta iżda l-mertu jmur ukoll għall-gowler Emiliano Martinez li mhux darba jew tnejn kellu jsalvhom minħabba d-difiża fraġli li kellhom.

Riżultati oħra:

Grupp A

APOEL Nicosia 3-4 F91 Dudelange

Qarabag FK 0-3 Sevilla

Grupp B

Dynamo Kyiv 1-0 Malmoe FF

FC Koebenhawn 1-0 Lugano

Grupp Ċ

Basel 5-0 FC Krasnodar

Getafe 1-0 Trabzonspor

Grupp D

LASK 1-0 Rosenborg

PSV Eindhove 3-2 Sporting CP

Grupp E

CFR Cluj 2-1 Lazio

Rennes 1-1 Celtic

Grupp F

Standard Liege 2-0 Vittora de Guimaraes

Grupp G

FC Porto 2-1 Young Boys

Rangers 1-0 Feyenoord

Grupp H

RCD Espanyol 1-1 Ferencvaros

Ludogorets Razgrad 5-1 CSKA Moscow

Grupp I

Gent 3-2 Saint Etienne

Wolfsburg 3-1 Oleksandriya

Grupp J

Borussia Monchengladbach 0-4 Wolfsberger AC

Roma 4-0 Istanbul Basaksehir

Grupp K

Slovan Bratislava 4-2 Besiktas

Wolverhampton Wanderers 0-1 SC Braga

Grupp L

Manchester United 1-0 FC Astana

Partizan Beograd 2-2  AZ Alkmaar