Rebħa kbira għat-tim Taljan kontra l-Armenja

It-tim Taljan żied mal-Istorja tal-futbol meta rebaħ fost l-akbar logħbiet fl-Istorja tiegħu. It-tim ikwalifika b’suċċess għall-Euro2020 wara li skurja xejn inqas minn disa’ gowls kontra l-Armenja.

Ciro Immobile u Nicolo Zaniolo skurjaw darbtejn kull wieħed, u Jorginho ta’ Chelsea dawwar penalty f’gowl fit-tieni taqsima. Nicolo Barella, Alessio Romagnoli, Riccardo Orsolini u Federico Chiesa wkoll sabu x-xibka darba kull wieħed.

Għat-tim mill-Armenja, skurja Edgar Babayan.

Il-gowl tiegħu waqqaf lit-tim Taljan milli jikser ir-rekord għat-tieni darba bl-akbar rebħa ta’ 9-0. It-tim Taljan kien rebaħ bl-iskor ta’ 9-0 kontra l-Amerka ġewwa Brentford lura fl-1948.

Riżultati oħra:

Grupp D

Gibraltar 1-6 Switzerland

Ireland 1-1 Denmark

Grupp F

Malta 1-2 Norway

Spain 5-0 Romania

Sweden 3-0 Faroe Islands

Grupp J

Greece 2-1 FinalandLiechtenstein 0-3 Bosnia and Herzegovina