Rebħa kbira għal-Libertà Reliġjuża

L-Arċisqof William Lori ta’ Baltimora fl-Istati Uniti, fisser bħala rebħa kbira għal-Libeberta’ Reliġjuża sentenza riċenti mogħtija mill-Qorti Suprema Amerikana li rrikonoxxiet id-dritt li l-Knisja Luterana tirċievi għajnuna mill-istat.
Ftit ilu, it-Trinity Lutheran Church ta’ Columbia fl-istat ta’ Missouri applikat għal għajnuna mill-istat biex tirranġa l-playground biex ikun aktar sigur għat-tfal żgħar li għad ma leħqux l-eta’ tal-iskola u li jattendu programm ta’ filgħodu fiċ-ċentru tal-knisja. Iżda id-Dipartiment tar-Riżorsi Naturali qal li skont il-kostituzzjoni ta’ dan l-istat, ma seta’ jgħin lill-ebda skola reliġjuża.
Il-Knisja ħadet  il-każ tagħha quddiem il-Qorti Suprema tal-Istati Uniti li fis-sentenza tagħha ddikjarat li d-Dipartiment tar-Riżorsi Naturali kiser id-drittijiet tal-Knisja mogħtija taħt dak li hu magħruf bħala id-Dritt għall-Eerċizzju Liberu fl-ewwel Emendament tal-Kostituzzjoni Amerikana meta ċaħdet li tagħti dan il-benefiċċju pubbliku minħabba l-istatus reliġjuż tal-applikant.
Wara li ngħatat din is-sentenza, l-Arċisqof Lory qal li l-Qorti Suprema rrikonoxxiet li ma għandux ikun hemm diskriminazzjoni kontra nies li jemmnu fejn jidħlu programmi governattivi li għandhom ikunu miftuħa għal kulħadd. Din id-deċiżjoni hi pass fid-direzzjoni t-tajba biex tillimita l-effetti ta’ dawk li huma magħrufa bħala il-“Blaine Amendments” li hemm f’numru ta’ stati Amerikani u li jxekklu l-liberta’ reliġjuża.
Dawn il-Blaine Amendments li ħafna minnhom kienu introdotti fis-Seklu 19 fejn f’diversi partijiet tal-Amerika kien hemm sentiment anti-reliġjuż qawwi ħafna u din is-sentenza se tillimita l-effetti dannużi tagħhom.