Futbol. Fi Grupp B tal-Fażi ta kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2014, it-tim nazzjonali Malti, fl-Istadjum Nazzjonali, tilef il-logħba kontra r-Repubblika Ċeka bl-iskor ta’ 4-1.
Iċ-Ċeki fetħu l-iskor fit-3 minuta meta Thomas Hubshman b’xutt minn tarf il-kaxxa li kien imxellef minn Rowen Muscat. Fit-33 minuta, David Lafata jogħla tajjeb bir-ras u jegħleb lil gowlkeeper Justin Haber.
Il-Maltin naqsu d-distakk permez ta’ Michael Mifsud fis-47 minuta biċ-Ċeki jistkurjaw fl-aħħar sekondi tal-logħba, meta s-sostitut Thomas Pekhart skorja b’daqqa ta’ ras.
Qabel il-logħba Michael Mifsud ingħata tifkira mill-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo u mis-Segretarju Parlamentari għall-Isport Stefan Buontempo fl-okkażjoni tal-mitt logħba tiegħu mat-tim nazzjonali.
Ritratt: MFA