Rebħa għall-GWU fost il-ħaddiema tal-Freeport

Il-ħaddiema tal-Freeport għażlu li jiġu rappreżentati mill-General Workers’ Union.
Il-GWU kisbet 293 mill-voti mitfugħa, filwaqt li 240 ivvutaw għall-Unjin Ħaddiema Magħqudin(UĦM).
Il-UĦM ikkonċediet it-telfa u qalet li se tissokta tagħti servizz lill-membri leali tagħha.
Qalet ukoll li l-preżenza tal-UĦM fil-Freeport se tkompli b’servizz individwali lill-ħaddiema kollha.