Rebħa għal Salvini u l-Partiti tal-Lemin fl-elezzjoni reġjonali tal-Umbrija

League party leader Matteo Salvini greets supporters after an anti-government demonstration in Rome, Italy, October 19, 2019. REUTERS/Remo Casilli

Il-Lega ta’ Matteo Salvini rreġistrat rebħa fl-elezzjonijiet reġjonali fl-Umbrija ta’ tmiem il-ġimgħa. Il-kandidata Donatella Tesei, li kienet appoġġjata minn Salvini, il-Partit Forza Italia u l-Partit tal-Lemin estrem “Aħwa ta’ l-Italja” kisbet viċin sittin fil-mija tal-vot. Il-kandidat Vincenzo Bianconi li kien appoġġjat mill-partiti fil-koalizzjoni tal-gvern kiseb 37.5%.

Dan ir-riżultat huwa daqqa ta’ ħarta għall-koalizzjoni fil-gvern li ħadet postha wara li Salvini tneħħa mill-Gvern.

Din kienet l-ewwel darba li ż-żewġ allejati kkontestaw elezzjoni flimkien, u r-riżultat jista’ jitqies bħala falliment.