Rebħa għad-Deputat Prim Ministru Kenyan Uhuru Kenyatta

Kollox jindika li d-Deputat Prim Ministru Kenyan Uhuru Kenyatta li rebaħ l-elezzjoni Presidenzjali b’maġġoranza ta’ ftit voti.

Wara li sar l-għadd tal-voti kollha jidher li rebaħ b’50.3%, 4,109 vot aktar minn kemm hemm bżonn għar-rebħa.

Ir-riżultat uffiċjali mistenni joħroħ iktar tard. Ir-rival ewlieni Raila Odinga mistenni jieħu passi legali jekk it-telfa tiegħu tkun ikkonfermata. Hemm dubji serji dwar kemm ir-rebħa hija kredibbli, u s-sistema elettorali Kenyana qed tiriċieva ħafna kritika. Kenyatta jiċħad akkużi li kien instrumentali fil-vjolenza li ħakmet il-pajjiż fl-2007 u l-2008.

Uhuru Kenyatta huwa iben l-ewwel President tal-Kenya Jomo Kenyatta, u bħalissa huwa deputat Prim Ministru.