Rebħa dominanti ta’ Marsa Magpies fil-krikit

Fi tmiem il-ġimgħa kompla l-kampjonat tal-krikit tax-xitwa, magħruf bħala Winter Wallop.
Marsa Magpies kellhom wirja dominanti u rebħu lill-Melita Bees, sabiex telgħu mit-tielet għall-ewwel post.
B’hekk Melita Bees ġew fit-tieni post bi tnejn u tletin punt, segwiti minn Krishna li għandom tnejn u għoxrin punt.
Nhar is-Sibt li ġej jintemm it-tieni rawnd tal-kampjonat, fejn Melita jilagħbu kontra Krishna.
Is Sibt ukoll ikun hemm is-Sunoco Cricket Academy/Nursery bejn id-disgħa u l-għaxra u nofs ta’ filgħodu.