Rebbieħ ta’ żewġ midalji olimpiċi jitlef ħajtu fuq il-baħar

L-Ingliż Andrew Simpson, rebbieħ ta’ żewġ midalji olimpiċi, tilef ħajtu waqt li kien qed jitħarreġ għall-America’s Cup.

L-inċident ġara fil-bajja ta’ San Francisco, fuq id-dgħajsa ‘Artemis’ li kienet se tirrappreżenta lill-Iżvezja f’dan it-tournament.

Jidher li d-dgħajsa ingħelbet, b’Simpson jagħmel madwar 10 minuti taħt l-ilma. L-ewwel għajnuna li ngħatat fil-baħar biex terġa tqajjem lill-atleta ta’ 36 sena, kienu inutli.