Rebaħ l-Assedju u tilef ix-xabla lbieraħ

Ritratt li żagħżugħ Russu ħa mal-monument ta’ de Valette se jispiċċa jiswih €1,750 wara li kisser ix-xabla tal-Gran Mastru.
L-inċident seħħ ilbieraħ u dalgħodu ż-żagħżugħ tressaq il-Qorti akkużat li wettaq ħsara fuq wieħed mill-monumenti ewlenin tal-kapitali.
Iż-żagħżugħ, li għandu 15-il sena, wieġeb ħati tal-akkużi, minkejja li skont dak li ntqal fil-Qorti, ma jidhirx li wettaq il-ħsara apposta.
Huwa kien qiegħed ma’ sħabu meta ppoża għar-ritratt ma’ de Valette, straħ max-xabla u spiċċat f’idejh.