Rebaħ it-tiġrija imma ġie skwalifikat għax neża’ l-flokk

Mahiedine Mekhissi-Benabbad, l-atleta Franċiż imwieled l-Alġerija, tilef il-midalja tad-deheb, meta neża l-flokk fil-parti finali tat-tiġrija bl-ostakli f’distanza ta’ 3000 metru.

Dan seħħ waqt il-kampjonati Ewropej tal-Atletika f’Zurich, fl-Iżvizzera.

Għaldaqstant il-midalja tad-deheb baqgħet fi Franza għax ħadha l-atleta Yoann Kowal li kien ġie t-tieni, segwit mill-Polakk Krystian Zalewski u l-Ispanjol Angel Mullera.

Wara tmiem it-tiġrija Mekhissi qal li hu neħħa l-flokk għax kien ferm ferħan li rebaħ it-tiġrija.

Sieħbu Kowal stqarr li ma ra xejn offensiv meta Mekhissi neża l-flokk.

Iżda r-regolament bħal f’kull sport ieħor huwa ċar, l-atleta jrid jibqa’ bil-flokk sal-aħħar tat-tiġrija.