Reazzjoni pożittiva mill-FKNK

Fi stqarrija, l-FKNK qalet li waqt laqgħa bejnhom u l-Gvern, ġew infurmati li l-Gvern Laburista għadu kommess li jonora l-ftehim li kellhom fil-kampanja elettorali.

Madankollu, ġie spjegat lilhom li uħud mill-proposti mitluba mill-FKNK ma kienux possibli li jiġu attwati minn dan l-istaġun.

L-FKNK kellha reazzjoni pożittiva għal xi proposti li diġa bdew jitwettqu, fosthom it-tneħħija tal-ħlas ta’ €50 għall-liċenzja speċjali.

L-istqarrija ttemm tgħid li l-gvern ikkonferma li se jibdew l-istudji neċessarji sabiex kemm ikun possibli, l-konklużjonijiet kollha tal-ftehim bejn l-FKNK u l-gvern ikunu mwettqa sa’ rebbiegħa oħra.