Il-Ministeru għas-Saħħa jirreaġixxi għad-diskors ta’ Dr Muscat fuq l-ogħti tad-demm

B’reazzjoni għad-diskors tal-Mexxej Laburista Dr Joseph Muscat dwar l-ogħti tad-demm, il-Ministeru għas-Saħħa qal li fil-preżent ma ssirx diskriminazzjoni fuq orjentazzjoni sesswali.

Fi stqarrija, intqal kif il-kriterji għad-donazzjoni tad-demm hi biss ibbażata fuq riskju. Dan kien diġa spjegat lill-Kap tal-Oppożizzjoni waqt iż-żjara tiegħu fin-National Blood Transfusion Service, il-Ġimgħa filgħodu.