Real Madrid wara Hazard

Il-ġganti tal-futbol Spanjol Real Madrid qed jagħmlu progress fit-tentattiv illi fis-sajf li ġej jakkwistaw lill-playmaker Belġjan ta’ Chelsea Eden Hazard.
Il-kowċ Madrilen Zinedine Zidane ta struzzjonijiet lill-president Florentino Perez sabiex jissoktaw it-taħditiet mal-klabb Ingliż sabiex il-plejer Belġjan jasal fis-Santiago Bernabeu wara l-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja.
Jekk din l-eventwalità sseħħ, l-attakkant ieħor ta’ Real Madrid Marco Asensio jista’ jħalli lill-klabb sabiex jingħaqad ma’ Manchester City fl-Ingilterra.
Min-naħa tiegħu Hazard mistenni jħalli lill-Blues wara li ilu magħhom għal dawn l-aħħar ħames snin jilgħab magħhom.