​Real Madrid u Liverpool kontra xulxin wara l-finali tal-1981

Aktar kmieni f’Monaco ttellgħu l-poloz għall-gruppi taċ-Champions League.
Fi Grupp A nsibu lil Atletico Madrid, Juventus, Olympiakos u Malmo
Grupp B huwa wieħed interessanti ħafna għax fih se jlaqqa’ lil Real Madrid ma’ Liverpool li kienu magħhom fil-finali tal-1981.
Fi Grupp B insibu wkoll lil Basel u lil Ludogorets li dawn tal-aħħar se jieħdu sehem f’din il-fażi għall-ewwel darba.
Fi Grupp Ċ għandna lil Benfica, Zenit, Bayer Leverkusen u Monaco.
Grupp D hu magħmul minn Arsenal, Borussia Dortmund, Galatasaray u Anderlecht.
Fi Grupp E nsibu lil Bayern München, Manchester City, CSKA Moscva u Roma.
Grupp F huwa wieħed straoordinarju li fih jinkludi lil Barcelona, Paris Saint Germain, Ajax u Apoel Nicosia.
Grupp Ġ fih lil Chelsea, Schalke, Sporting Clube de Portugal u Maribor.
Fl-aħħarnett Grupp H jinkludi lil Porto, Shaktar Donetsk, Athletic Club u BATE Borisov.
L-ewwel logħbiet tal-gruppi jkunu fis-16 u fis-17 ta’ Settembru li ġej.