Real Madrid mhux favoriti għaċ-Champions League – Bosz

Wara t-telfa ta’ 3-2 illi Borussia Dortmund ġarrbu kontra Real Madrid tkellem il-kowċ tagħhom Peter Bosz illi ddikjara li l-Merengues mhumiex il-favoriti għar-rebħ tal-UEFA Champions League.
“Wara l-logħba ta’ jumejn ilu, ma nafx jekk hux possibli ngħid illi Real Madrid huma l-favoriti li jirbħu din it-tazza, “ qal Bosz mas-sit tal-internet FourFourTwo.
“Ma kinux b’saħħithom biżżejjed dakinhar. Vera li serrħu ħafna plejers iżda rajthom illi naqqsu ħafna mis-saħħa tagħhom.”
“Xtaqna komplejna nilagħbu f’din il-kompetizzjoni,” żied jgħid Bosz. “Ma rnexxilniex u issa ser nippruvaw immorru tajjeb fl-Europa League.
Borussia Dortmund spiċċaw fl-aħħar post tal-klassifika ta’ Grupp H flimkien ma’ Apoel Nicosia b’żewġ punti għalkemm se jkomplu l-avventura Ewropea fil-UEFA Europa League b’differenza ta’ gowls aħjar.