​Real Madrid lesti li jbigħu lil Bale

Real Madrid huma ppreparati illi jbigħu lil Gareth Bale dejjem jekk jirkupraw is-somma ta’ €100 miljun li ħallsu għalih meta akkwistawh mingħand Tottenham.
Dan l-aħħar il-plejer minn Wales qed isibha diffiċli biex isib postu mal-Blancos anke minħabba l-injuries illi ilu jbati bihom għal dawn l-aħħar xhur.
Il-kowċ ZInedine Zidane jinsab bejn ħalltejn joqgħodx fuq saħħet Baleu għalhekk illi t-tim mill-kapitali Spanjola lesti li jneħħuh b’Manchester United favoriti illi jixtruh.
Bale ilu sa mis-sena 2013 ma’ Real Madrid fejn skorja 56 gowl fil-105 partiti li lagħab magħhom.