Real Madrid joffru lil Benzema

Real Madrid qed joffru l-possibilita’ lil Manchester United sabiex jakkwistaw is-servizzi tal-attakkant Franċiż tagħhom Karim Benzema. Din l-aħbar ġiet ippubblikata mis-sit sportiv Spanjol Diario Gol wara kritika ħarxa illi l-plejer Franċiż qed jirċievi għall-wirjiet medjokri tiegħu mal-Merengues. 
F’dan ir-rapport ġie żvelat ukoll kemm Benzema jinsab frustrat mat-tim mill-kapitali Spanjola u jixtieq ċaqliqa lejn klabb ieħor sabiex jibda kollox mill-ġdid. 
Arsenal ukoll qed isusu wara l-attakkant ta’ 30 sena u minkejja illi ma rnexxielhomx jakkwistawh f’Jannar xorta mhux jaqtgħu qalbhom illi jagħmlu dan fis-sajf illi ġej.