Real Madrid jitfgħu ħarsithom fuq Aspas

Skont il-gazzetta Ingiża Daily Mail, Real Madrid jinsabu viċin li jiffirmaw lil Iago Aspas mingħand Celta Vigo. Los Blancos mistennija jonfqu madwar £36m għall-eks attakkant ta’ Liverpool hekk kif ir-rebbieħa tal-UEFA Champions League jrid jtejbu l-attakk tagħhom.

Aspas kellu esperjenza negattiva ġewwa l-Ingilterra iżda rnexxielu jerġa’ jibni l-karriera tiegħu b’wirjiet brillanti għal Celta Vigo. Hu skurja 67 gowl f’126 logħba fl-aħħar tliet staġuni u kien parti mit-tim nazzjonali Spanjol li kkompeta fit-Tazza tad-Dinja ta’ din is-sena.

Real Madrid jinsabu wkoll interessati f’Rodrigo li jilgħab ma’ Valencia iżda l-attakkant huwa marbut bi klawżola li tiswa €120m.