Real Madrid jippjanaw offerta għal De Gea

Real Madrid qed jippjanaw offerta ta’ madwar €50 lil Manchester United għall-goalkeeper Spanjol David de Gea.
Skont il-ġurnal Ingliż The Sun, il-ġganti Spanjoli ilhom ħafna jsegwu lil dan il-plejer u jixtiequ li jingħaqad magħhom mill-aktar fis possibbli.
Sadanitant il-kowċ tal-Blancos Zinedine Zidane mhux favur li jiġi akkwistat player ta’ isem li eventwalment jiswa l-flus wara li kellhom pre-season eċċellenti u għalhekk issuġġerixxa li l-attenzjoni tmur fuq l-akkwist ta’ De Gea.