Real Madrid jidħlu fit-tiġrija għal Davinson Sanchez

Real Madrid daħlu fit-tiġrija għal akkwist tal-plejer tal-Ajax Davinson Sanchez.
Għall-bidu kienu Tottenham li ppreżentaw l-ewwel offerta u dan il-klabb issemma’ ħafna li jista’ jikseb is-servizzi ta’ dan il-plejer.
Madankollu l-plejer Kolombjan jista’ jitħajjar imur Madrid minħabba li l-president Florentino Perez qed jgħid lid-diriġenti tiegħu sabiex jippreparaw offerta tajba ta’ flus.
Sanchez għandu 21 sena u ilu staġun biss ma’ Ajax fejn skorja sitt gowls fi 32 partita.