Real Madrid iridu lil Luiz

Real Madrid qed jaħsbuha serjament sabiex f’Jannar jakkwistaw lid-difensur ta’ Chelsea David Luiz skont ma’ żvelat il-gazzetta The Daily Telegraph. 
Id-difensur Brażiljan mhux qed isib post fl-ewwel ħdax tal-manager Antonio Conte u għalhekk hu qed iħoss li wasal iż-żmien illi jmur x’imkien ieħor, possibbilment fi żmien xahar u nofs ieħor.
Min-naħa l-oħra Los Merengues huma lesti illi jsaħħu d-difiża tagħhom u David Luiz jista’ jkun is-soluzzjoni għal dan kollu.