Real Madrid ikomplu jiksru r-rekords

Real Madrid kisbu rekord ġdid fl-2017 li waslet biex tispiċċa hekk kif irnexxielhom jirbħu ħames tazzi li kienu qed jikkompetu għalihom f’sena kalendarja.
Huma ngħaqdu wkoll ma’ grupp ta’ klabbs oħra illi saru champions tad-dinja għall-klabbs fi snin konsekuttivi.
Wara r-rebħa kontra l-Brażiljani ta’ Gremiobl-iskor ta’ 1-0, il-Merenguesinkurunaw sena fejn rebħu l-UEFA Champions League, is-Super Cup Ewropea, is-Super Cup Spanjola, il-Kampjonat La Liga u l-FIFA Club WorldCup.
Frikik ta’ Ronaldo kien biżżejjed sabiex it-tim mill-kapitali Spanjola jikseb dan l-unur bil-Portugiż illi jibqa’ jiftakar l-2017 bħala waħda ferm pożittiva għalih.