Real Madrid bis-saħħa tad-dragun

Real Madrid għadhom kif varaw it-tielet gear li se jużaw fiċ-Champions League, li hu ddisinjat mill-istilista Ġappuniż Yohji Yamamoto.
Dan l-istilista Ġappuniż ta’ 70 sena u li jgawdi fama kbira f’Tokyo u f’Pariġi, ħareġ bid-disinn ta’ dragun griż fuq sfond iswed li jfisser simbolu ta’ qawwa.
Wara li Napoli s-sena l-oħra ntroduċew gear camouflage, li jixbah lil uniformi militari, issa Real Madrid ħarġu b’dan l-istil tassew oriġinali.